Brian Vassallo | , Y4

Sabiex inkomplu naħdmu fuq il-ħiliet li għandhom x’jaqsmu mat-taħriġ il-fehem tal-Malti, aħna

qegħdin nippreparaw attivitajiet interessanti għat-tfal għaliex indunajna li t-tfal, b’mod ġenerali fl-iskola tagħna jħarsu lejn il-Malti b’mod xettiku ħafna, u kultant jaqtgħu qalbhom minn dan is-suġġett.

Bħala għalliema tas-sitt sena, jiena għamilt attivita’ fejn estendejt it-taħriġ il-fehem li nagħmlu kull ġimgħa u għaqqadtha mal-kitba kreattiva. Din il-ġimgħa bdejna nitkellmu dwar l-annimali, kemm dawk domestiċi u oħrajn li jgħixu ġo foresta. It-tfal kellhom silta fuq hekk u wara kellhom jirrispondu xi mistoqsijiet ukoll. Wara li qrajna u ddiskutejna s-silta u l-mistoqsijiet flimkien, infurmajt lit-tfal li waqt il-lezzjoni tal-kitba, huma kienu se jiktbu djalogu. Jiena stajt nagħżel titlu li rrid imma biex inkompli nqajjem interess fit-tfal u nara kem veru fehmu is-silta dwar l-annimali
għidtilhom li d-djalogu li kienu se jiktbu kien se jkun djalogu bejn żewġ annimali. It-tfal għamlu dan id-djalogu mingħajr ebda’ diffikulta. Jiena stajt ninnota li huma ħadu xi idejat li konnha ltqajna magħhom fis-silta tat-taħriġ il-fehem. Għaldaqstant jiena stajt nikkonkludi li t-tfal fiehmu is-silta
dwar l-annimali.

L-istess tfal ħarġu b’idea li nagħmlu mima ta’ dan id-djalogu. Intużaw il-maskri tal-annimali wkollu l-lezzjoni kienet tassew interessanti. It-tfal kollha pparteċipaw u għamlu sforz kbir biex id-djalogu u l-mima jkunu oriġinali.