Rapprezentanti mid-Dipartiment tal-Agrikoltura ghamlu prezentazjoni lill-istudenti tat-tieni u tat-tielet sena dwar it- trobbija tan nahal u l-importanza taghhom fl-ambjent Malti. Kienet idea tal-istudenti tat-tielet sena wara li qraw il-ktieb “Ghand tan-Nahal” ta’ Clare Azzopardi u Rachel Portelli. L-Amministrazjoni tal-iskola tixtieq tirringraza lil Ms Maria Dolores Schembri, lil Ms Jessica Muscat u lis- Sur David Tedesco tal-interess li wrew u l-impenn li hadu biex it-tfal ikollom nofs-ta-nhar ta’ taghlim prattiku fuq dan id-delizju hekk interessanti.





